My taughts

I wanted my dream

to come to reality

I wanted to live life

full of secure

within you

you were my dream

you were my reality

you were my blessing

you were my everything

you were my lesson

Now you’re my past

but still in my heart

and still loved

You were part of me

and forever you will be

Kri

11/2/15

Advertisements

Kif tagħmel jgħamlulek

Hello!

Għadek hemm?

X’jien ngħid, mela int ċempilt.

Ilek ma ċċempel għax bħal issa m’għandekx bżonni, sibt lil ħaddieħor li xorta tista’ tidħak u toħroġ. Ara kieku ma ssibx ninduna, balla żegħil u bil-wiċċ tost kollu tgħidli għandek aptit noħorġu għax m’għandix ma’ min noħroġ. Vera bla żejt f’wiċċek, imma jgħidu kif tagħmel jagħmlulek u fl-aħħar kulħadd jieħu dak li ħaqqu.

Qanqaltek.

Ċempilt.

“Hello Dora, fejn ħa morru lejla?”

“Ma nistgħax għax miftehma.””U ejja, għax m’għandix ma min noħroġ u ma rridx noqgħod ġewwa.”

“Stednuni Karl u Denise biex immur niekol għandhom.”

“Lili kif ma qalulix?”

“Għax jien ma nużgħax il-ħbieb għal esiġenzi tiegħi. Ħu gost Mel, fittex persuna oħra għal meta ma jkollokx ma’ min toħroġ ”

22/8/15

Kri

L-għira

Għadni ma nistgħax nifhem kemm fid-dinja hawn impusturi, tgħiduli xejn ġdid, illum sar kollox normali. Imma jien ma nafx hekk minn dejjem kont żbukkata u ta’ żaqqi fommi u hekk se mmut. Tistgħu ddumu għidu li għandi lsieni twil imma ma nies bħali tgħix  tkun taf fejn qiegħed. Kif jgħidu tibżgħax mill għadu li jurik f’wiċċek ibża’ mill-ħabib li jgħannqek. Mhux qed ngħid għal kulħadd imma għal dawk il-ħafna faċċoli li f’wiċċek jgħannquk u jbusuk u jkunu l-ikbar Ġuda ta’ żmienijietna u minn wara ma jafux ħlief jgħidu fuqek u jiġġakbinaw u jivvintawlek kull titlu li tista’ timmaġina anke dak li ma timmaġinax.

Dawn in-nies huma morda bl-agħar marda li qatt eżistiet u li ilha teżisti mill-bidu taż-żmien; l-għira. L-għira ttelliflek ir-raġuni u l-paċi f’qalbek u taf twasslek għal affarijiet li int qatt ma ħlomt bihom. L-ikbar ħbieb saru għedewwa, familji tkissru u tfarrku. Għalfejn tixtieq dak li għandu ħaddieħor u ma tapprezzax dak li għandek?  Le, qatt ma tista’ tkun jien bħal ma jien qatt ma nista’ nkun int u l-ebda persuna għax kull maħluq hu uniku u għalxejn tipprova timita għax il-kopja qatt ma toħroġ perfetta. Għalxejn tipprova tieħu dak li mhux tiegħek biex mingħalik tissodisfadak li trid għax la ma kellux ikun tiegħek qatt mhu se jkun u qatt mhu se jgħamlek kuntent.

Tgħallem apprezza li għandek, dak li int u tgħix kuntent imma jekk ma tridx, f’idejk. Ibqa’ ħares, indanna fik u ara l’ħaddieħor jikseb il-kuntentizza. Bl-għira tiegħek int se titlef u ħadd iktar. Mela għix ħajtek u ħalli l’min jgħix.

17/9/15

Xi ħaġa dwari

Fil-verita’ ma tantx inħobb nitkellem dwari  nnifsi imma ma nħoss li mhux sew li tidħlu haw mingħajr ma tkunu tafu xi ħaġa fuqi. Krystle Abela dak hu l-isem li tawni mat-twelid imma maż-żmien min jaf kemm dar u tgħawweġ u miegħu żdiedu laqmijiet li fl-aħħar mill-aħħar kienu jogħġbuni.

Iva,ħaġa stramba din fuqi, mhux normali li laqmijiet jintgħoġbu imma kif jgħiduli sħabi, jien kollox kontra d-dinja u dan il-fatt ma jdejjaqni xejn. Ma niddejjaqx li nkun oriġinali. Ngħiduha hemm laqmijiet li mhux mill-ħelwin u jkunu xi ftit kattivi imma hemm ukoll dawk li jirriflettu l-karattru jew xi tgħawwiġ ta’ kuljom. Għadni niftakar kien hemm żmien meta kienu jgħajtuli Pippi għax kont imqarba u fferoċjata imma lum sa Kri jew Xuxu naslu. Il-laqam tax-xuxu ġie minn reċta li kont għamilt għax kien hemm linja partikolari li kienet “Halo chouchou.”

Imsomma ħa nerġa’ nkompli nitkellem fuq Kri, l-unika tifla fost ħames subien, jekk qed taħsbu li jien imfissda insewha għax vera m’inhix, anzi maż-żmien ċertu sitwazzjonijiet fil-ħajja ġegħluni nissoda l-karattru tiegħi. Nazzarda ngħid li ma niddejjaqx ngħid li jkolli fuq l-istonku u li kelma ma tweġġgħanix, għax jien nifhem li aħjar ngħidlek f’wiċċek milli minn warajk.

Nixtieq li tieħdu gost taqraw il-kitba tiegħi, il-ħajra għal kitba bdewili nista’ ngħid.

Kien għad kelli 10 snin u kont nattendi l-iskola primarja ta’ Raħal Ġdid (il-post fejn trabbejt);u fil-klassi konna tletin dak iż-żmien. Kienet waslet il-festa ta’ San Valentinu,tgħiduli allura! Imma għalkemm konna għadna tfal, kien hemm tifel partikolari fil-klassi li kien jogħġob lil żewġt ibniet u waħda minnhom iddeċidiet li tixtrilu kartolina. Ma kinietx kartolina għax qajmet konfużjoni u ġlied fil-klassi għax min qabeż għal waħda u minn għal oħra u bħala kastig, l-għalliem tagħna kastig biex niktbu poeżija fuq San Valentinu. U bis-saħħa tal-kartolina u l-ġlied jien sibt delizzju li ma ngħix mingħajru.10635908_10152423047490168_4891390943644261893_n